Saturday, October 31, 2026
Home Sport Serie A: Roma jitilgħu fit-tielet post b’rebħa kbira għand Udinese 

Serie A: Roma jitilgħu fit-tielet post b’rebħa kbira għand Udinese 

0
58

Roma komplew bis-sensiela ta’ mingħajr telfa fis-Serie A meta meta għelbu lil Udinese 5-2 barra minn darhom, u telgħu fit-tielet post tal-klassifika.

Bryan Cristante fetaħ l-iskor fl-10 minuta b’daqqa ta’ ras sabiħa, qabel Rodrigo Mora rdoppja wara azzjoni mibdija mill-istess Cristante. Donyell Malen żied it-tielet goal, filwaqt li Evan Ndicka għamilhom 4-0 qabel il-mistrieħ.

Udinese ppruvaw jirreaġixxu fit-tieni taqsima u Nicolo Zaniolo naqqas id-distakk, qabel Matteo Palma skorja t-tieni goal fit-77 minuta. Madankollu, Daniele Ghilardi ssiġilla r-rebħa ta’ Roma bil-ħames goal fil-ħin miżjud.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here