Monday, September 7, 2026
Home Sport Serie B: Player ta’ Pisa jittieħed l-istpar wara li kkollassa fil-logħba kontra...

Serie B: Player ta’ Pisa jittieħed l-istpar wara li kkollassa fil-logħba kontra Juve Stabia

0
45

Kien hemm mumenti ta’ biżgħa waqt logħba tas-Serie B bejn Pisa u Juve Stabia, meta d-difensur ta’ Pisa, Rosen Bozhinov, waqa’ mal-art waqt il-logħba. 

Il-player Bulgaru ta’ 21 sena waqa’ fil-40 minuta tal-partita, li kienet qed tintlagħab fi Stadio Romeo Menti. 

Fil-ground u fl-istands inħolqot atmosfera xokkanti u silenzju hekk kif it-tobba marru jiġru jassistuh. 

Minkejja dan, Bozhinov deher li baqa’ konxju. Huwa ttieħed fuq stretcher lejn sptar lokali sabiex isirulu aktar testijiet. 

Skont l-istaff mediku ta’ Pisa, il-kawża tal-kollass kienet id-deidratazzjoni, u aktar tard ġie kkonfermat li l-kundizzjoni tiegħu qalbet għall-aħjar. 

Il-logħba twaqqfet temporanjament waqt li r-referee tkellem mal-captains. 

Wara li ngħataw aktar informazzjoni u assigurazzjonijiet dwar is-saħħa tal-player, il-partita setgħet tkompli. It-temp sħun ħafna fl-Italja seta’ kkontribwixxa għal din is-sitwazzjoni problematika.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here