Monday, September 7, 2026
Home Sport US Open: L-Ispanjol Carlos Alcaraz f’forma formidabbli

US Open: L-Ispanjol Carlos Alcaraz f’forma formidabbli

0
54

Carlos Alcaraz kompla juri l-forma tajba tiegħu wara r-ritorn minn injury twila, hekk kif għeleb lil Tommy Paul fir-raba’ round tal-US Open. 

L-Ispanjol ta’ 23 sena kellu prestazzjoni eċċellenti u għeleb lill-Amerikan bl-iskor ta’ 6-4, 6-3 u 6-4. 

Din kienet biss ir-raba’ logħba kompetittiva tiegħu minn meta kien ilu aktar minn erba’ xhur barra minħabba injury fil-polz, li kienet żammitu milli jilgħab fil-French Open u Wimbledon. 

Alcaraz tilef biss set wieħed fit-triq lejn il-kwarti-finali u issa se jiltaqa’ ma’ Ben Shelton jew Stefanos Tsitsipas.

Huwa għandu rekord perfett kontra ż-żewġ players fil-livell tat-Tour. 

Ir-rebħa fuq Paul kienet it-18-il rebħa konsekuttiva tiegħu fil-Grand Slam. 

Alcaraz qal li jinsab kważi fil-forma massima tiegħu u li qed jieħu pjaċir ħafna jilgħab fil-US Open.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here