Wednesday, April 24, 2024

Serqa mill-Każin La Valette fi Triq ir-Repubblika l-Belt

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tas-7am meta l-pulizija ġew informati mill-persuni nkarigati li jiftħu l-Każin La Valette fi Triq ir-Repubblika fil-belt Valletta li l-bieb ta’ barra kien imbarrat min-naħa ta’ ġewwa.

Mill-ewwel fuq il-post marru l-pulizija jassistu li mill-ewwel indikazzjoni kien jidher ċar li kienet seħħ serqa.

Kelliem għall-pulizija qal lil dan is-sit li mill-investigazzjonijet jirriżulta li mill-każin kienu nsterqu xi flus u anke kien hemm serqa mill-banka tal-lottu li tinsab fl-istess każin.

Il-pulizija bħalissa għaddejja bi tfittija għal persuna jew persuni li wettqu din is-serqa filwaqt li l-Maġistrat tal-Għassa, Carolina Farrugia Frendo qed tmexxi l-inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

Sport