Thursday, April 25, 2024

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żabbar

Aqra wkoll

Raġel weġġa’ gravi wara li lbieraħ, għall-ħabta tas-7:15 p.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kunvent, Ħaż-Żabbar.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza tat-tip BMW misjuqa minn Sirjan ta’ 29 sena residenti l-Marsa u mutur Kymco misjuq minn raġel ta’ 30 sena residenti Ħaż-Żabbar. Konsegwentement, il-mutur laqat karozza tat-tip Mitsubishi Pajero li kienet ipparkjata

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar attenzjoni medika permezz t’ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport