Sunday, November 24, 2024

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Wied il-Għajn

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur li għandu 34 sena u joqgħod Wied il-Għajn qed isofri minn ġrieħi gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-5:30 p.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Wied, f’Wied il-Għajn.

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Yamaha misjuq mill-vittma u karozza tal-għamla Toyota Vitz, li kienet qed tinstaq minn anzjan ta’ 72 sena residenti Birżebbuġa.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Sport