Thursday, December 26, 2024

Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara inċident fl-Imġarr

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur jinsab fil-periklu tal-mewt wara li s-Sibt li għadda kien involut f’ħabta ma’ karozza fl-Imġarr.

Kien għall-ħabta tat-8.00 p.m. meta l-Pulizija kienet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Santa Marija u minnufih marret fuq il-post.

Mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur BMW CX400 misjuq minn raġel ta’ 57 sena residenti l-Imġarr u Isuzu TFS misjuq minn raġel ta’ 71 sena residenti l-Imġarr ukoll.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Dr Antoine Agius Bonniċi li ħatar inkjesta filwaqt li l- Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.

Ekonomija

Sport