Friday, April 18, 2025

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’ħabta f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 72 sena residenti Birkirkara ġie ċċertifikata li weġġa’ gravi wara li għall-ħabta tas-1.30pm kien involut f’inċident tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li huma ġew informati li fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar kien seħħ inċident bejn karozza u mutur.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Mazda Demio misjuqa minn mara mir-Repubblika Ċeka ta’ 31 sena residenti l-Mosta u mutur Piaggio misjuq minn raġel ta’ 72 sena u jgħix Birkirkara.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei.

Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport