Friday, December 13, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-isptar wara li kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-12:15 a.m. kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq in-Naxxar, Birkirkara.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur tal-għamla Yamaha misjuq minn raġel ta’ 57 sena residenti Ħ’Attard u vettura Toyota Ractis misjuqa minn raġel ta’ 50 sena residenti Tal-Pieta’.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lis-sewwieq tal-mutur sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport