Monday, April 22, 2024

Iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza fil-Gżira

Aqra wkoll

Raġel iddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ, għall-ħabta tas-7:15 p.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Gżira, il-Gżira.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Ingliż ta’ 80 sena residenti Ta’ Xbiex weġġa’ wara li ntlaqat minn vettura Nissan Qashqai li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 39 sena residenti l-Gżira.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lir-raġel sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport