Sewwieq ta’ mutur kellu jiddaħal l-Isptar wara li skidja fi Triq Kordin f’Raħal Ġdid.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li wara li taw l-ewwel għajnuna lis-sewwieq ittieħed ml-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-pulizija jinsabu fuq il-post jinvestigaw dan l-inċident.
Il-kundizzjoni tas-sewwieq s’issa għadha mhix magħrufa.

