Wednesday, December 25, 2024

Sfruttament Indjan … jixhed fil-Qorti kif ħallas €7,000 biex iġibulu d-dokumenti li rriżulta li kienu foloz

“Persuna Indkana kien qed jikkontrolla lil dawn in-nies….issa ġie arrestat fl-Indja”

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ħaddiem Indjan xehed fil-Qorti u warajh xehdet persuna li tgħin lil ħaddiema barranin f’Malta dwar l-isfruttament li jgħaddu minnu biex jiġu jaħdmu f’Malta fosthom ħlas ta’ €7,000 għal dokument mediku, rental agreement u l-kuntratt tal-kera. Il-ħaddiem li lanqas bil-lingwa Ingliża ma kien jaf u kien hemm problemi biex tmexxew il-proċeduri fil-qrati, ikkonferma fil-qorti kif kien qiegħed jagħmel dak li jgħidulu mingħajr ma hu kien jaf x’qed jagħmel.”

Il-ħaddiema Kandala Siva, li kien spiċċa arrestat għand Identity Malta jixhed li “wasalt Malta f’Diċembru tas-sena 2022 u mort għand kumpanija partikolari tal-ikel u l-kumpanija talbitni dokument mediku u ir-‘rental agreement’ u l-kuntratt tal-kera. Kelli ħabib hawnhekk jismu Mali Kangun li kien jaf ħabib iehor bl-isem Anil Kumar. Hu tkellem ma’ Anil Kumar però jien ma nafx xi tkellmu, Malika Kagun, il-ħabib tiegħi qalli li kien tkellem ma xi ħadd li kien lest li jgħinni biex inġib dawn id-dokumenti.”

Qorti: X’dokumenti huma?
Il-kuntratt tal-kera li il-kumpanija talbitni u dokumenti medici tal-X-Ray. Shrikant talabni €200 biex nikri appartament.

Qorti: Jigifieri dawn l-applikazzjonijiet li għamel għamilhom barra minn Malta?
Iva meta kont l-Indja. Hemm aġent fl-Indja bl-isem ta’ Sachis u għenni biex napplika għal dan l-impjieg.

Qorti: Jiġifieri x’għamel?
Ħallast €6,000 – €7,000 lil Shatish, u hu qalli li kien ha jieħu hsieb id-dokumentazzjonijiet kollha, fl-Indja. Meta, jiena wasalt Malta l-għada Shrikan bgħattli il-lokazzjoni ta’ fejn jien kelli noqgħod f’Malta. ħallast €200 lil Shrikan u ħadni f’Hostel San Ġiljan. Wara li jiena wasalt Malta ridt nipproċessa l-Karta tal-Identità minħabba l-ID kelli nieħu l-assigurazzjoni medika u anki l-kuntratt tal-kera. Meta jiena wasalt Malta ma kelliex idea ta indirizz, Shrikan ħadni San Ġiljan u imbagħad tani indirizz ieħor għall-ID Malta.

Qorti: Jiġifieri dan kien qed jagħmel li qed jgħidulu mingħajr ma kien jaf x’inhu għaddej u hu għamel dak li qallu mingħajr ma jaf ‘qed jiħri hekk qed nifhem?

Eżatt sinjura. Iva nikkonferma kont qed nagħmel dak li qed jgħiduli mingħajr ma jiena naf x’qed nagħmel.

Qorti: Meta kien ID Malta kien hemm interpretu mill-Hindi?
Le.
Qorti: Jaf għalfejn ġie arrestat minn ID Malta?
Ma nafx għalfejn arrestawni, jiena ma fhimtx.
Ri Eżami: mela hemm il-kuntratt tagħraf xi firem fuq dak id-dokument?
Hawnekk hawn ismi però mhux il-firma tiegħi.

Ri Eżami: Mela la kont taf li mhijiex il-firma tiegħek għalfejn ippreżentajtu lil ID Malta?
Dak li tani Shrikan. Jien tajtu lil ID Malta.

Patricia Graham, li tgħin persuni baratin jagħmlu kuntatt mal-awtoritajiet qalet li “nagħmel volontarjat għan-nies minn barra biex jigu Malta. Ngħinhom biex jagħmlu kuntatt mal-entitajiet ta’ Malta. Meta in-nies ġew Malta ġew biex jaħdmu fil-Villaġġ tal-Milied Ta’ Xbiex però ma kinux imħallsin u għalhekk fittxu lili għax kelli esperjenza ma’ aġenziji.
Fuq dan il-każ inizjalment kelli laqgħa mal-Pulizija tal-Immigrazzjoni. Ħadt persuna Indjana miegħi għax kien hemm diskrepanza.

Ħallsu il-flus dawn it-tnejn, iffirmaw il-medical lil dan il-persuna lil Anil Kumar. Imbagħad Anil kien jagħmel l-applikazzjoni f’isem dawn in-nies, dawn l-akkużati. Għalhekk għamilt kuntatt man-Nutar għax minħabba dawn id-dokumenti li kienu qed jintbagħtu lili kien hemm isem tan-nutar u xi avukati oħra u dawn ma dehrux li kienu ta’ veru. Qisu kienu photoshopped.

Ma kinux ta’ vera meta gibt id-dokumentazzjoni mingħand dawn l-akkużati għamilt kuntatt ma’ persuna f’Identity Malta. Infurmajtu fuq xhiex indunajt u li kelli din l-informazzjoni ta’ ħafna applikazzjonijiet u ħafna envelopes li kienu qed jintbagħtu lil indirizzi differenti, l-istess imgħallem l-istess indirizz. Naf dawn il-kawżi u dawn l-akkużati u kien hemm persuna kien qed jiġbor dawn il-karti kollha u kien qed jeħodhom lejn post li Anil Kumar kien is-sid tieghu ma’ nies ohrajn.”

Tkompli tgħid li “qiegħda hawn illum biex nispjega il-Qorti li jiena naf Anil Kumar kif jaħdem, kemm ħa flus u kif jopera in-negozju tiegħu. Jinkontrolla lil dawn in-nies b’imejl tiegħu u jekk Identity Malta tipprova tagħmel kuntatt ma’ dawn in-nies huma jagħmlu kuntatt ma din il-persuna Anil Kumar. Anil Kumar ġie arrestat Hyderabad fl-Indja minħabba din is-sitwazzjoni f’Malta.”

Qorti: Forsi tghidilna jigifieri ir-rapport li sar l-Indja kif sar taf?

Patricia tgħid li “kien hemm raġel ieħor ma’ dawn l-akkużati u hu irritorna l-Indja u kien arrestat lf-istess żmien u għażel li jiġi deportat lejn l-Indja minflok imur il-ħabs. Meta mar lura l-Indja fetaħ il-proċeduri b’avukat. Aħna inkoraġġejna in-nies hawnekk Malta biex jagħmlu kuntatt mal-avukati fl-Indja u qed jahdmu flimkien fl-Indja.

Il-Qorti fis-sentenza tagħha iddikjarat li hi tal-fehma li ma jirriżultax li Kandala Siva kellu l-intenzjoni li jaghmel att krimininuż meta hu permezz ta’ persuna terza, għamel l-arranġamenti u ffirma dokumenti sabiex tiġi proċessata l-applikazzjoni. Hu ċar li kien hemm terzi involuti, u irriżulta ukoll li ma jifhimx la bil-lingwa Ingliża u l-anqas bil-lingwa Maltija tant li kellhom jinħatru żewġt traditturi f’kull seduta. Il-Qorti sabet lil Kandala Siva mhux ħati tal- imputazzjonijiet kollha u lliberati.

Ekonomija

Sport