Friday, April 26, 2024

Sidt ir-residenza tas-suspettat ewlieni fil-każ ta’ Madeleine McCann tirraporta dwar ħofra ta’ 10 piedi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-suspettat ewlieni b’rabta mal-għibien taċ-ċkejkna Madeleine McCann kien ħoloq bħal ħofra ta’ madwar 10 piedi taħt l-art fir-residenza li kien joqgħod fiha f’Braunschweig fil-Ġermanja.

Is-sena li għaddiet persuna li dak iż-żmien kien ħabib mas-suspettat qal li Brueckner kien qallu li din l-idea kienet ġietu f’moħħu biex jagħmel xi ħaġa simili “bħal Josef Fritzl”.

Il-mara li llum hija sidt din ir-residenza qalet li għalkemm kellha ħsibijiet varji rigward dan l-ispazju maħluq mis-sid ta’ qabel, meta semgħat li Brueckner kien is-suspettat ewlieni f’dan il-każ, minnufih irrapurtat lill-pulizija.

Mal-pulizija hija qalet li li kieku kienet taf dwar ir-reati li wettaq is-suspettat ma kinitx tixtri mingħandu dik id-dar fl-2016.

Hija ddeskrivietu d-dekorazzjonijiet strambi li kellu mas-soqfa u xi pupi tal-injam maħdumin bl-idejn li kienu jagħmlu mill-post wieħed tal-biżgħa u tad-daħk fl-istess waqt.

Il-mara tenniet li dak iż-żmien is-suspettat deher nervuż u kien ikun dejjem b’xi bott tal-birra f’idu. Skontha huwa ried iħaffef il-proċess biex jitlaq lejn l-Italja.

Sport