Sir Jim Ratcliffe qed jikkunsidra li jixtri sehem minoritarju fil-club ta’ Manchester United fit-tentattiv li jinkiser l-imblokk dwar is-sitwazzjoni tal-bejgħ mis-sidien attwali.
Il-familja Glazer, f’Novembru li għadda kienet ħabbret li kienet qed tikkunsidra li tbiegħ il-club biex “jesploraw alternattivi strateġiċi”.
Dan wassal għal interess minn bosta konsorzji iżda żewġ offerenti biss kienu qawwija – l-istess Ratcliff u l-Qatari x-Sheikh Jassim bin Hamad Al Thani kienu l-aktar sodi
It-tnejn ressqu offerti ta’ madwar £5 biljun.
Il-kamp ta’ Sheikh Jassim dejjem sostna li kien interessat biss li jixtri 100% tal-club. Madankollu Ratcliffe qal li ried sehem ta’ maġġoranza … peró issa jrid jixtri sehem ta’ 25%.