Monday, October 21, 2024

Sir Jim Ratcliffe irid jixtri sehem ta’ 25% fil-club ta’ Manchester Utd

Aqra wkoll

Sir Jim Ratcliffe qed jikkunsidra li jixtri sehem minoritarju fil-club ta’ Manchester United fit-tentattiv li jinkiser l-imblokk dwar is-sitwazzjoni tal-bejgħ mis-sidien attwali. 

Il-familja Glazer, f’Novembru li għadda kienet ħabbret li kienet qed tikkunsidra  li tbiegħ il-club biex “jesploraw alternattivi strateġiċi”.

Dan wassal għal interess minn bosta konsorzji iżda żewġ offerenti biss kienu qawwija – l-istess Ratcliff u l-Qatari x-Sheikh Jassim bin Hamad Al Thani kienu l-aktar sodi

It-tnejn ressqu offerti ta’ madwar £5 biljun.

Il-kamp ta’ Sheikh Jassim dejjem sostna li kien interessat biss li jixtri 100% tal-club. Madankollu Ratcliffe qal li ried       sehem ta’ maġġoranza … peró issa jrid jixtri sehem ta’ 25%.

Sport