Friday, April 19, 2024

‘Sirt Champion għall-ewwel darba b’waħda mill-akbar rimonti tal-karriera tiegħi’ – Aaron Busuttil – Champion ta’ Malta tal-Isnooker

Aqra wkoll

F’finali mill-isbaħ, Aaron Busuttil, wettaq rimonta mill-aqwa biex għeleb lil Brian Cini bl-iskor ta’ 6-5, biex sar Champion tal-Isnooker ta’ Malta.

Dan is-sit tkellem ma’ Busuttsil innifsu, fen tana dawn il-kummenti:

“Sirt Champion għall-ewwel darba b’waħda mill-akbar rimonti tal-karriera tiegħi, fejn kont 4-0 u 5-3 minn taħt kontra Brian Cini. Din kienet il-ħames finali tiegħi. Irbaħt diversi unuri bħal ranking events, peró, din kont ili nistenniha. Wara din neħħejt toqol minn fuq spalti li nemmen ħafna li se jgħini fil-karriera tiegħi. Issa jmiss Qschool l-Ingilterra u kampjonat tat-timijiet ġewwa l-Bulgarija.”

Sport