Saturday, December 21, 2024

Sitt snin u sitt xhur ħabs għal raġel li ammetta li stupra mara f’appartament fil-Belt

Aqra wkoll

Raġel ta’ 40 sena ġie kkundannat ikkundannat sitt snn u sitt xhur priġunerija, wara li tressaq il-Qorti mixli li stupra mara f’appartament fil-Belt Valletta.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Priscilla Caruana Lee spjegat li l-każ imur lura għal Settembru tal-2020. L-akkużat, Cylde Bonavia, kien mixli li stupra mara u li żammha kontra l-volonta tagħha.

Bonavia kien akkużat ukoll li kkaġuna ġrieħi gravi fuq il-vittma, li hedded raġel u li nsulentahom. Fil-Qorti,quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima, l-akkużat wieġeb li huwa ħati għall-akkużi miġjuba konrtih.

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet tad-Difiża u tal-Prosekuzzjoni, il-Qorti kkundannat lil Bonavia l-piena ta’ ħabs. Il-Qorti orndat ukoll sabiex jiġu kkonfiskati mobile phone tal-akkużat u arma tan-nar li ntużat mill-akkużat.

Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni għal perjodu ta’ ħames snin favur il-vittma. Bonavia ġie ordnat ukoll sabiex iħallas €1,300 tal-ispejjeż tal-esperti tal-Qorti.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Priscilla Caruana Lee.

Ekonomija

Sport