Sunday, November 24, 2024

Sitwazzjoni kkumplikata għal Flamengo

Aqra wkoll

Sitwazzjoni ta’ tensjoni fil-Brażil hekk kif il-viċi-president ta’ Flamengo Marcos Braz ġie mhedded minn xi partitarji tat-tim li joqtlulu lit-tifla tiegħu jekk ma jneħħiex mit-tim lil Gabriel Barbosa magħruf bħala Gabigol u l-kowċ Jorge Sampaoli. Dawn it-tnejn tal-aħħar xejn ma niżlu tajjeb mal-partitarji li wara protesti kbar donnhom li d-diriġenza tat-tim mhux qed tisma’ bis-sewwa iżda bid-dnewwa.

Braz kien għaddej għall-affari tiegħu f’kumpless tax-xiri meta wieħed mill-partitarji beda jheddu. L-istess Braz ma qagħadx lura u kif sema’ dan qabad jagħti bis-sieq lil dan il-partitarju.

Aktar tard il-pulizija kienu qed jinterrogaw kemm lil Braz kif ukoll lil xi nies oħra.

Sport