Friday, April 19, 2024

“Sitwazzjoni rrimedjabbli fi ftit jiem” – L-MUT

Anthea Cachia
Anthea Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Malta Union of Teachers (MUT), f’konferenza tal-aħbarijiet li indirizzat aktar kmieni llum, tkellmet dwar is-sitwazzjoni kurrenti tal-għalliema peripatetiċi li din is-sena se jingħataw klassi tal-primarja. Dan kawża ta’ neċessità tal-protokolli mposti mill-Ministeru għall-edukazzjoni kontra l-imxija tal-Covid-19. 

L-MUT tisħaq li issa, jiem ‘il bogħod mill-ftuħ tal-iskejjel tal-Istat, madwar Malti hemm 150 klassi li bħalissa tinsab mingħajr għalliem. 

Bonnici qal li s-sitwazzjoni żvolġiet is-Sibt li għadda, prinċiparjament meta numru kbir ta’ għalliema li huma fis-servizz jew peripatetiċi intbagħtu biex jieħdu klassi tal-primarja. Huwa qal ukoll li l-azzjoni ttieħdet fl-aħħar minuta biex, skont l-informazzjoni li għandna, jimtlew 150 post vakant li hemm fil-primarja.

“Mhux aċċettabbli li għalliem jintbagħat fi klassi tal-primarja wara sajf jipprepara”

Il-President tal-MUT Marco Bonnici

F’kumment lil dan is-sit, il-President tal-MUT Marco Bonnici qalilna li din mhix sitwazzjoni aċċetabbli. Spjega li ma tistax tippretendi li għalliem li ilu jipprepara s-sajf sħiħ biex jagħti servizz f’daqqa waħda tgħidlu int nhar it-Tnejn se tidħol fil-klassi tal-primarja.

Bonnici żied jgħid li m’hemm ebda mod kif l-għalliem seta’ jindirizza din is-sitwazzjoni li sab ruħu fiha għax qed nitkellmu mis-Sibt sat-Tnejn. Għaldaqstant huma bħala MUT qegħdin jieħdu l-azzjonijiet tagħhom. Intant huwa qal ukoll li “Il-Ministeru issa prova jwaqqafna bil-mandat ta’ inbizzjoni bil-Qorti. Aħna se nkunu qiegħdin immorru l-qorti biex nirrispondu għal dan il-mandat. Se nibqgħu nagħmlu x-xogħol tagħna kemm fil-Qorti u kemm fl-istess Ministeru biex inħarsu l-interess tal-edukaturi.”

Huwa temm jgħid li dak li trid l-MUT huwa li l-affarjiet isiru b’diskussjoni u ningħataw pjan.

Sport