SIRENS BUILD FITNESS…. 13
SLIEMA NEXAWIN………… 19
(5-5, 0-3, 4-6, 4-5)
Wara li fil-jiem li għaddew sfaw megħluba minn Sirens, Sliema wettqu tpattija sportiva fuq fuq it-tim minn San Pawl il-Baħar, meta għelbuhom bl-iskor ta’ 19-13, biex b’hekk kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva. Sliema kienu msaħħin bir-ritorn ta’ Jayden Cutajar.
L-ewwel sessjoni pproduċiet xjen inqas minn 10 goals, u fiha rrenja bilanċ assolut, b’din tintemm f’paritá ta’ 5-5. Iżda mbagħad Sliema rebħu t-tliet sessjonijiet sussegwenti bl-iskors rispettivi ta’ 3-0, 6-4 u 5-4.
Ghal Sliema spikka ferm iż-żagħżugħ Elijah Schembri li skorja xejn inqas minn ħames goals, waqt li għal Sirens l-aqwa skorer kien is-solitu player Ungeriż, Daniel Angyal, li rreġistra poker personali.
Sirens: N. Grixti, D. Angyal (4), A. Galea (1), G. Pace, J. Zerafa Gregory (1), K. Agius, M. Ortoleva, I. Riolo (1), P. Serracino, M. Sciberras (1), Z. Mizzi (2), G. Farrugia (3), I. Schembri, M. Mifsud, A. Dimech
Sliema: B. Busuttil, A. Barroso (4), L. Galea (2), J. Gambin, J. Cassar, B. Cachia (3), J. Cutajar (2), D. Rizzo, E. Schembri (5), J. Cachia (2), J. Chircop, D. Zammit (1), M. Bonello DuPuis, S. Engerer
Referees: Ante Bura, Stefan Licari


