Tuesday, December 24, 2024

Sliema Wanderers iħallu għall-aħħar

Aqra wkoll

Sliema Wanderers ..3

Sta Lucia ……………1

Sliema Wanderers ħallew għall-aħħar biex għelbu lil Santa Lucia bl-iskor ta’ 3-1. B’hekk huma komplew isaħħu t-tielet pożizzjoni me­ta fetħu 11-il punt fuq l-eqreb rivali, Marsaxlokk u Birkirkara. 

B’din it-telfa, il-Luċjani baqgħu fiż-żona l-ħamra u fil-periklu li staġun ieħor jilagħbu fiċ-Challenge League. 

Kienu Santa Lucia li ħolqu l-ewwel periklu wara biss erba’ minuti meta Aleksa Mrdja kellu xutt fil-baxx salvat minn mal-art mill-goalkeeper tal-Wanderers, Timmy Aquilina.

Sliema wieġbu fl-20 mi­nuta permezz ta’ free-kick mill-isbaħ ta’ Mohamed Awad minn pożizzjoni angolata li ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper, Francisco Da Paz Silva, li dawwar f’corner bi bravura.

Fl-40 minuta, il-goalkeeper tal-Wanderers, Timmy Aquilina wettaq save brillanti fuq free-kick ta’ Steve Pisani.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u erba’ minuti wara, Tatsuro Nagamatsu, kellu tentattiv fil-baxx salvat minn Aquilina.

Il-pressjoni kienet kol­lha fuq Sliema li fil-ftuħ tat-tieni taqsima ħarġu ferm aggressivi fit-tentattiv li jiftħu l-iskor u ma damux ma għamlu dan meta fis-47 minuta, GEOFFREY EDWIN ACHEAMPONG, venven xutt b’saħħtu fil-baxx minn ġol-kaxxa li ntemm fir-rokna tax-xibka.

Iżda Santa Lucia għamlu reazzjoni, u fid-59 minuta għamlu l-iskor indaqs permezz ta’ xutt mill-isbaħ fil-baxx ta’ TATSURO NAGAMTSU, li ma ta l-ebda ċans lil Aquilina jsalva.

Sliema Wanderers irduppjaw l-iskor fit-83 minuta, meta wara azzjoni maħduma bizzilla bejn diversi players tal-Wanderers, il-ballun intemm għand VITO PLUT, li minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa.

Huma ssiġillaw ir-reb­ħa fid-89 minuta meta wara li rċieva minn azzjoni ta’ freekick, NEIL FRENDO, kellu d-daqqa’ ta’ ras preċiża tiegħu tintemm ġewwa.

Sliema komplew jamministraw il-vantaġġ doppju li kellhom sa tmiem il-partita.

SLIEMA W.: 1-Timmy Aqui­lina, 2-Jean Borg, 6-Joseph Marie Minala, 7-Jake Engerer (21-Neil Frendo 74), 10-Samuel Gomes Da Mata (18-Edmond Agius 87), 11-Myles Beerman, 15-Gustavo Alcino, 25-Joachim Adukor, 31-Henrique Murilo (9-Vito Plut 74), 33-Geoffrey Edwin Acheampong (13-James Arthur 90), 77-Mohamed Awad   – Coach: Paul Zammit

STA LUCIA: 12-Francisco Celio da Paz Silva, 3-Mattias Ellul, 4-Ayefouni Ogouvide (55-Sven Xerri 28), 6-Daniel Letherby (20-G. N. Virano 46), 7-Steve Pisani, 10-Tatsuro Nagamatsu, 15-Adam Bradshaw (8-T. O. Abraham 69), 17-Jurgen Pisani, 18-Aleksa Mrdja, 21-Fabian Santiago Moracci (80-Evandro Pinto Gomes 84), 33-Patrick Ramos De Oliveira   – Coach: Alessandro Zinnari

REFEREE: Alex Johnson

ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Robert Curtis

RABA’ UFF: Emanuel Grech

SKORERS: G. E. Acheampong 47, V. Plut 83, N. Frendo 89 (SW), T. Nagamtsu 59 (SL)

AMMONITI: J. M. Minala, J. Engerer, J. Adukor, H. Murilo, L. Micallef (SW), F. C. Da Paz Silva, D. Letherby, A. Bradshaw (SL)

Ekonomija

Sport