Monday, December 23, 2024

“Smajt ir-rabja tal-poplu u nerfa’ r-responsabbiltà kollha”

Rishi Sunak jindirizza lin-Nazzjon għal aħħar darba bħala Prim Ministru

Aqra wkoll

Rishi Sunak, ftit tal-ħin ilu indirizza għall-aħħar darba lin-Nazzjon minn quddiem 10 Dowing Street f’Londra. Hu qal li hekk kif kien se jkun qiegħed itemm id-diskors se jkun qiegħed imur għand ir-Re Karlu fejn se jagħtih ir-riżenja tiegħu.

F’diskors qasir Sunak qal li “smajt ir-rabja tagħkom u qed nieħu r-responsabbiltà kollha ta’ din it-telfa.” Qal li hu se jkun qiegħed jirriżenja minn Kap tal-Oppożizzjoni, iżda mhux għalissa. Hu se jkun qiegħed jagħmel dan meta l-Partit Konservattiv ikun lest biex ikollu mexxej ġdid.

Sunak qal li hu kbur b’dak kollu li wettaq f’dawn l-aħħar 20 xahar minn kemm ilu Prim Ministru. Sostna li l-ewwel prijorità tiegħu kien li jagħti stabbilità lill-ekonomija tal-pajjiż. Qal li hu jinsab konvint li f’dawn l-aħħar 14-il sena taħt il-Partit Konservattiv l-Ingilterra mexa ħafna ‘l quddiem.

Filwaqt li awgura lill-Prim Ministru Elett Sir Keir Starmer, qal li minn hawn ‘il quddiem is-suċċess ta’ Starmer se jkunu s-suċċessi tiegħu tal-pajjiż kollu.

Hu rringrazzja lill-kollegi kollha, lill-membri tal-kabinett tax-xogħol kbir li wettqu u anke lill-istaff tiegħu.

Irringrazzja lill-martu u lill-uliedu għas-saġrifiċċju li għamlu f’dawn l-aħħar 20 xahar biex hu seta’ jmexxi l-pajjiż.

Ekonomija

Sport