Sunday, July 19, 2026
Home Internazzjonali “Smajt lil ibni jibki taħt it-tifrik, iżda ma stajtx nidħol għalih”

“Smajt lil ibni jibki taħt it-tifrik, iżda ma stajtx nidħol għalih”

– Omm imbikkma tirrakkonta dak li għaddiet minnu fit-terremot tal-Venezwela

0
10

Andreina Valerio, omm ta’ tifel ta’ sentejn… imbikkma… tgħid li semgħet lil binha jibki taħt it-tifrik u ma setgħet tagħmel xejn.

Mal-aġenziji tal-aħbarijiet internazzjonali Valerio tgħid li hija kienet xogħol waqt it-terremot u binha kien qiegħed ma’ ommha u missierha d-dar. Tgħid li hekk kif seħħ it-terremot telqet mix-xogħol u marret id-dar iżda sabet biss borġ ġebel.

“Smajt lil ibni jibki. Kif stajt nidħol għalih? Kif qatt nista’ ninsa dik il-bikja? Għaddew wisq jiem issa u s’issa la ommu, la missieri u lanqas ibni għandhom ma nħarġu minn taħt it-tifrik… Kif nista’ ngħix mingħajrhom? Nibqa’ nittama li tal-inqas ibni joħroġ ħaj iżda diffiċli,” tgħid Andreina Valerio.

Tgħid li fl-istess binja li kien hemm binha kien hemm ukoll żewġt itfal oħra, Lucas ta’ disa’ snin u Aranza ta’ 3 snin li s’issa lanqas instabu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here