Matul din il-ġimgħa komplew isiru aktar spezzjonijiet mill-Pulizija tal-Immigrazzjoni u l-Pulizija tal-Komunitá f’għadd ta’ inħawi fosthom il-Marsa u l-Ħamrun.
Waqt dawn l-ispezzjonijiet inżammu mal-108 persuna li kienu ġejjin minn diversi pajjiżi inkluż pajjiżi Ewropej, Ażjatiċi u pajjiżi Afrikani.
Jassistu lill-Pulizija f’dawn l-ispezzjonijiet ta’ rutina kien hemm uffiċjali mill-Aġenzija għas- Servizzi ta’ Detenzjoni.

