Friday, May 3, 2024

Snooker: Robertson u Higgins fil-kwarti-finali ta’ The Masters

Aqra wkoll

Neil Robertson u John Higgins ingħaqdu ma’ Mark Williams fil-kwarti-finali tat-tournament The Masters, meta fl-ewwel round għelbu lil Anthony McGill u Zhao Xintong rispettivament.

Robertson offra wirja kbira biex waqqaf sensiela ta’ żewġ telfiet fl-ewwel round fl-aħħar żewġ edizzjonijiet meta għeleb lil McGill 6-3 wara li disa’ snin ilu kien rebaħ it-titlu kontra Shaun Murphy fl-2012 li huwa l-uniku suċċess li kiseb fit-tournament.

L-Iskoċċiż McGill baqa’ mingħajr rebħa f’Alexandra Palace, wara li tilef kontra John Higgins fir-round tal-ftuħ fid-debutt tiegħu fl-2018, u issa se jdawwar l-attenzjoni tiegħu għal vjaġġ lejn Berlin aktar tard dan ix-xahar għall-German Masters.

McGill mar 2-1 fil-vantaġġ, u fil-proċess għamel breaks ta’ 78 u 115. Madankollu, Robertson irnexxielu jerġa’ jikseb il-parità f’nofs is-sessjoni, meta bi break ta’ 75 għamilhom 2-2.

Wara l-mistrieħ kien Robertson li mar fil-vantaġġ għall-ewwel darba, b’kontribuzzjoni ta’ 94.

McGill kiseb id-draw bi break ta’ 75, li peró żvolġa l-aħħar frame rebbieħ tiegħu tal-logħba. Robertson qabeż il-linja tat-tmiem bi tliet frames wara xulxin, in­klużi breaks ta’ 57 u 62.

Higgins immarka rekord ta’ 28 dehra fl-ikbar tournament prestiġjuż bl-istedina meta għeleb lil Zhao 6-2. Huwa lagħab l-ewwel darba fih fl-1995 u minn dak in-nhar dejjem kien preżenti. Jimmy White u Steve Davis waqfu fuq 27 dehra kull wie­ħed.

Huwa għeleb player 22 sena iżgħar minnu li kien qed jiddebutta. Barra minn hekk huwa għadda għall-aħħar tmienja għal 15-il darba, u issa jiltaqa’ kontra Mark Williams.

Higgins għamel breaks ta’ 100, 104 u 78 u Zhao wieħed ta’ 128.

Illum: 2.00 pm Ronnie O’Sullivan Jack Lisowski; 8.00 pm Mark Selby v Stephen Maguire.

Sport