Friday, December 13, 2024

Soċjetà b’attitudni liberali fis-sess u enfasi fuq il-pjaċir

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

It-terapista Matthew Bartolo f’intervista dwar kif in-nisa u l-irġiel jaraw l-att sesswali b’mod differenti minn xulxin

Miktub minn CARMEN CACHIA

Dan is-sit għal darb’oħra tkellem mat-terapista tas-sess, Matthew Bartolo, fejn din id-darba ndaħlukom fid-dinja sigrieta u misterjuża ta’ kif mara u raġel jaraw l-att sesswali da parti tagħhom. Iż-żewġ sess mhumiex opposti ta’ xejn. Nibdew mid-dehra, imorru għall-emozzjonijiet u kif jaħdem il-moħħ, inkomplu għall-attitudnijiet u x’affarijiet iħobbu, kif ukoll id-dinja li fl-aħħar mill-aħħar tgħaqqadhom u jipprokrejaw – id-dinja tas-sess. Dan is-suġġett sar aktar diskuss u tajjeb li wieħed jipprova jifhem u japprezza aktar l-att sesswali u l-attitudni taż-żewġ sessi hija f’dan ir-rigward. Minn att ta’ riproduzzjoni, l-introduzzjoni tal-pillola, emanċipazzjoni u soċjetà aktar liberali, is-sess evolva u llum il-ġurnata dan l-att karnali qiegħed isir b’enfasi fuq il-pjaċir li wieħed jista’ jieħu minnu. 

In-nisa u l-irġiel, jaraw l-att sesswali bl-istess mod?

Ma nemminx li raġel u mara jistgħu jaraw l-att sesswali bl-istess mod. Il-fatt li fiżikament huma differenti, dan se jagħmel impatt fuq kif jesperjenzaw l-att u s-sesswalità inġenerali. Il-konsegwenzi tal-att innifsu huma differenti meta l-att isir bejn koppja eterosesswali. Il-mara tista’ tkun dik li tinqabad tqila u hija fiżikament aktar suxxettibli għall-mard. Ovvjament, l-introduzzjoni tal-pillola kontraċettiva fis-sittinijiet għamlet differenza fis-sesswalità tal-mara. 

Is-sess, speċjalment min-naħa tal-mara eterosesswali u monogama mexa minn ripproduzzjoni, għal obbligu martimonjali u issa sors ta’ pjaċir. Jibqa’ l-fatt li llum ngħixu f’soċjetà emanċipata u dan qiegħed jibdel il-mod kif in-nies iħarsu lejn is-sess u sesswalità.  Għalhekk nasal ngħid li l-impatt tas-socjetà kif kien qabel qiegħed jevolvi għal attitudni iktar liberali, b’enfasi fuq il-pjaċir. 

Ovvjament, dan li ktibt huwa ġenerali ħafna u ċert li ma jgħoddx għal kull persuna u kull ġeneru.  

Il-fantasiji huma normali u jgħinu

Hemm bżonnijiet jew xewqat differenti.  Jekk iva, x’inhuma?

Jekk tħares lejn l-fantasiji sesswali skond il-ġeneru hemm differenzi u similiritajiet. Interessanti li l-fantasiji huma differenti waqt masturbazzjoni u mhux waqt l-att innifsu.  Il-fantasiji huma normali u jgħinu wieħed ikollhu ħajja sesswali b’saħħitha.  Bħall-ħolm, il-fantasiji jgħinuna nifhmu u nesprimu ċertu beżghat u xewqat li jkollna. Eżempju huwa l-fatt li fin-nisa nsibu iktar sens ta’ ħtija relatat mas-sess.

Qisu l-idea li mara tagħmel sess biex taqdi lir-raġel, jew li tkun mara tat-triq jekk tieħu pjaċir fis-sess għadha taffetwa lil ħafna nisa b’xi mod jew ieħor.  Għalhekk huma ħafna iktar nisa milli rġiel li jiffantasizzaw li xi ħadd qiegħed jabbuża minnhom jew qiegħed jagħmel sess magħhom bil-forza. Ma jfissirx li vera jridu hekk fil-ħajja reali, però, dik il-fantasija tippermetti lill-mara tesperjenza sess mingħajr sens ta’ ħtija.  

L-irġiel, min-naħa l-oħra għandhom ħabta jiffantasizzaw dwar sess ma’ iktar minn mara/raġel wieħed. Dan jaf għandu x’jaqsam mal-fatt li teċċitahom l-idea li hemm iktar nies li jixtiequhom b’dak il-mod.  

Huwa minnu li raġel jara s-sess bħala serħan u mara bħala espressjoni ta’ mħabba?

Nemmen li hemm tipi differenti ta’ kif wieħed juri u jħoss l-imħabba.  Hemm min iħoss l-imħabba b’mod fiżiku, min bil-kliem, min bl-azzjonijiet u min b’rigali żgħar.  Ma nemminx li hemm differenza bejn il-ġeneri fejn jidħol definizjoni tas-sess.

Id-differenza hija iktar li mara mhux dejjem tħossha komda tgħid li għandha aptit is-sess għal raġunijiet fiżiċi, minħabba l-idea li tatna s-socjetà dwar is-sesswalità u l-pudur tal-mara. In-nies jagħmlu sess għal diversi raġunijiet, però ma naħsibx li hemm differenza fil-ġeneri.

Is-sess wara tqala…

Meta mara toħroġ tqila, is-sess jibqa’ importanti għaliha? Wara li mara twelled xi rġiel ma jibqgħux ifittxu lill-mara daqstant minħabba li għadda tarbija minn “hemm” u jħossuhom skomdi. Tara minn dawn il-problemi u għala jiġru?

Waqt it-tqala l-mara tgħaddi minn ħafna tibdiliet fiżiċi. L-ormoni jinbidlu u anke ġisimha. L-ormoni għandhom impatt dirett fuq l-aptit u għalhekk ikun hemm mumenti fejn l-aptit sesswali jiżdied u oħrajn fejn jonqos. Din imbagħad titħallat ma’ kif l-istess mara tħares lejn it-tibdiel li jkun għaddej f’ġisimha. Hemm nisa li jaraw it-tqala bħala sbuħija ta’ ġisimhom u oħrajn li jarawhom li ħxienu.  

It-tqala u l-ħlas jaffetwaw lil nies differenti b’mod diversi ħafna. Hemm min li minħabba l-għejja jaqta’ lura. Hemm nisa li bħal donnu jġibu l-imħabba kollha mit-tfal u allura ma jħossux il-bzonn li jkunu viċin is-sieħeb tagħhom. Hemm oħrajn fejn is-sieħeb ikun ra t-twelid u jibqa’ ftit mistkerrah u maħsud minn dak li jkun ra. Kultant il-koppja għandha bżonn titkellem dwar dan u terġa’ tibda tesperimenta bil-mod. 

X’inhuma l-affarijiet li jħobbu l-irġiel fis-sodda u x’inhuma dak li jippreferu l-aktar in-nisa?

Ix-xogħol tiegħi għallimni li l-maġġoranza tan-nies iridu l-istess affarijiet. Li jħossuhom importanti u speċjali. Li jaraw li l-persuna l-oħra hija miġbuda lejhom u li jieħdu pjaċir.  

Liema hija l-aktar ħaġa li baqgħet f’moħħok fil-linja tax-xogħol tiegħek fejn jidħlu dawn id-differenza bejn is-sessi rigward l-att sesswali?

Il-mod kif koppji eterosesswali jħarsu lejn nuqqas ta’ aptit. Meta mara ma jkollix aptit bħal donnu r-raġel irid jaċċetta li maż-żmien il-frekwenza tonqos u m’għandux dritt “jeqred” għas-sess.  

Min-naħa l-oħra, meta r-raġel jonqoslu l-aptit, il-mara teħodha ħafna iktar ħażin. Tibda takkużah li għandu lil ħaddieħor, tinkwieta li m’għadhiex togħġbu jew li huwa omosesswali.

Nemmen li din id-differenza fir-reazzjoni ġejja mill-fatt li għadna naħsbu li r-raġel dejjem f’aptitu sesswalment. Għalhekk, meta raġel, għal xi raġuni jonqoslu l-aptit, naħsbu li għax qiegħed ikollu x’jaqsam ma’ ħaddieħor.  

Ekonomija

Sport