Nhar il-Milied u l-Ewwel tas-Sena, l-Gozo Channel ser tkun qed tissospendi s-servizz tagħha bejn nofsinhar (12.00) u t-tlieta (15.00) ta’ wara nofsinhar. Is-servizz ser ikun sospiż sabiex l-impjegati tal-kumpanija li jkunu xogħol f’dawn il-ġranet, ikunu jistgħu jieklu mal-familji tagħhom.
Fil-jumejn imsemmija, l-vjaġġi ta’ 12.00, 12.30, 12.45, 13.00, 13.30, 14.00, 14.15 u 14.30 hrs mill-Imġarr ghaċ-Ċirkewwa u l-vjaġġi tal-12.15, 12.45, 13.15, 13.30, 13.45, 14.15, 14.45 u 15.00 hrs miċ-Ċirkewwa mhux ser isiru. Dan ifisser li l-aħħar vjaġġ mill-Imġarr ikun fil-11.30, filwaqt li l-aħħar vjagg miċ-Ċirkewwa huwa skedat għal nofsinhar (12.00). Wara nofsinhar, is-servizz jerga jibda fit-15.00 mill-Imġarr ghaċ- Ċirkewwa, filwaqt li l-ewwel vjaġġ miċ-Ċirkewwa għall-Mġarr ikun fit-15.15hrs.
Il-Bord tad-Diretturi tal-Gozo Channel esprima l-apprezzament tiegħu lejn il-ħaddiema tal-kumpanija li huma obbligati jaħdmu xifts twal u xi drabi f’kundizzjonijiet ta’ temp diffiċli. Il-kumpanija tieħu ukoll l-opportunita` li tirringrazzjahom ghall-isforzi li jagħmlu u x-xogħol eċċellenti sabiex jipprovdu servizz kostanti lill-passiġġiera.