Sunday, October 27, 2024

Spanjol jiġi akkużat li wettaq ħsarat fuq vetturi f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Jon Vila Jauregui, Spanjol ta’ 21 sena li fil-Qorti qal li f’Malta m’għandux indirizz fiss tressaq il-Qorti fejn ġie akkużat li l-għada ta’ Santa Marija għamel ħsara fuq numru ta’ vetturi fi Triq is-Sur Fons, f’San Ġiljan. Dan il-każ seħħ bejn it-3.00am u s-6.00am.

Aktar minn hekk hu ġie akkużat ukoll li hedded u kkawża feriti ta’ natura ħafifa lil uffiċjal tal-Pulizija.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-Ispanjol kiser il-paċi pubblika b’għajjat u storbju u li kien f’post pubbliku f’sakra kbira u għalhekk ma kienx kapaċi jieħu ħsieb tiegħu nnifsu.

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li semgħet il-każ tat il-ħelsien mill-arrest lill-akkużat fuq diversi kundizzjonijiet fosthom li jidher il-Qorti, li jkun id-dar bejn 12.0am u 6.00am u li jiffirma l-Għassa ta’ Tas-Sliema 3 darbiet fil-ġimgħa.

Sport