Club Brugge kisbu l-ewwel punti tagħhom fil-UEFA Champions League b’rebħa sorpriża ta’ 4-3 għand Inter biex din kienet l-ewwel darba f’56 sena li Inter tilfu f’darhom kontra team Belġjan … kienet waslet fil-15 ta’ April, 1970, kontra Anderlecht bl-iskor ta’ 2-0, fit-tieni leg tat-Tazza tal-Fieri.
Nicolo Tresoldi (30, 63, 74) kien il-protagonist ewlieni għall-viżitaturi, hekk kif skorja tripletta, filwaqt li Romeo Vermant skorja r-raba’ goal għall-Belġjani.
Inter wettqu rimonta, bil-goals tagħhom jaslu minn Lauataro Martinez (44, 81) u Ange-Yoan Bonny (93) … li iżda ma kinetx biżżejjed.
Din kienet ir-raba’ telfa konsekuttiva ta’ Inter fiċ-Champions League, l-ewwel darba fl-istorja tagħhom li sofrew din is-sensiela negattiva fil-kompetizzjoni.





