Wednesday, October 14, 2026
Home Sport UEFA Champions League: Rebħa minn Arsenal li mmaturat fit-tieni taqsima

UEFA Champions League: Rebħa minn Arsenal li mmaturat fit-tieni taqsima

0
51

Arsenal għelbu lil Lille bl-iskor ta’ 3-0 liema rebħa mmaturat fit-tieni taqsima biex il-Gunners irreġistraw l-14-il rebħa konsekuttiva tagħhom fil-fażi tal-kampjonat.

Wara l-ewwel taqsima mingħajr gowls, Jurrien Timber fetaħ l-iskor fis-64 minuta b’konklużjoni mill-isbaħ. Tliet minuti wara, Eberechi Eze rdoppja l-vantaġġ wara azzjoni mibdija minn Bukayo Saka, li kien għadu kemm daħal bħala sostitut.

Imbagħad l-istess Saka ssiġilla r-rebħa fis-71 minuta, wara pass ta’ Kai Havertz.

B’din ir-rebħa, Arsenal komplew jikkonfermaw il-qawwa tagħhom fl-Ewropa, filwaqt li Lille sofrew id-disa’ telfa konsekuttiva barra minn darhom kontra timijiet Ingliżi f’kompetizzjonijiet Ewropej.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here