Barcelona dawru telfa f’rebħa ta’ 4-1 kontra Galatasaray u b’hekk irreġistraw l-10 rebħa konsekuttiva tagħhom fil-kompetizzjonijiet kollha.
Galatasaray marru fil-vantaġġ fit-28 minuta permezz ta’ Aleksey Batrakov, iżda Joao Cancelo ġab id-draw żewġ minuti qabel il-mistrieħ.
Fit-tieni taqsima, Lamine Yamal spikka b’żewġ assists mill-aqwa f’erba’ minuti, li wasslu għal goals ta’ Fermin (53) Lopez u Anthony Gordon (56) … biex imbagħad Karim Adeyemi (65) issiġilla r-rebħa wara li daħal bħala sostitut.
Barcelona issa jħarsu lejn il-konfront diffiċli kontra ċ-champions Ewropej Paris Saint-Germain, filwaqt li Galatasaray għadhom mingħajr punti f’din l-edizzjoni.





