Wednesday, October 14, 2026
Home Sport UEFA Champions League: Bayern Munich miżmuma minn Viking

UEFA Champions League: Bayern Munich miżmuma minn Viking

0
44

Bayern Munich ġew miżmuma fi draw ta’ 3-3 minn Viking wara li t-team Norveġiż fetaħ vantaġġ ta’ żewġ goals biex imbagħad kiseb il-paritá fil-ħin miżjud.

Viking ħasdu lill-Ġermaniżi b’goals ta’ Gianni Stensness (2) u Peter Christiansen (38) fl-ewwel taqsima. Bayern wieġbu fit-tieni taqsima permezz ta’ Haery Kane, li skorja doppjetta fl-54 u fis-60 minuta biex  kompla s-sensiela tiegħu ta’ goals fid-disa’ logħba konsekuttiva fil-UEFA Champions League.

Luis Diaz (71) xeħet lil Bayern għall-ewwel darba fil-vantaġġ, iżda t-tkeċċija ta’ Michael Olise (73) kienet detrimentali għall-Bavarjani hekk kif fil-91 minuta, Herman Haugen, salva r-riżultat għan-Norveġiżi biex kisbu l-ewwel punt tagħhom f’din il-fażi tal-kampjonat.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here