Wednesday, October 14, 2026
Home Sport UEFA Champions League: Atletico Madrid jissuperaw lil Man Utd b’goal f’kull taqsima

UEFA Champions League: Atletico Madrid jissuperaw lil Man Utd b’goal f’kull taqsima

0
58

Atletico Madrid kisbu l-ewwel punti tagħhom fil-fażi tal-kampjonat tal-UEFA Champions League b’rebħa ta’ 2-0 kontra Manchester United, li spiċċaw jilagħbu b’għaxar players.

Pablo Barrios fetaħ l-iskor wara biss 53 sekonda, filwaqt li Ademola Lookman issiġilla r-rebħa b’goal fid-79 minuta.

Manchester United ippruvaw jirreaġixxu, iżda sabu lil Jan Oblak f’forma tajba. It-tamiet tagħhom sfaxxaw meta Leny Yoro tkeċċa wara intervent kontroversjali, peress li ġie ġġudikat li ċaħħad lil Jonathan David minn opportunità ċara ta’ skor.

Għal Atletico, din kienet l-10 rebħa fl-aħħar 12-il logħba tagħhom ta’ din il-kompetizzjoni.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here