Sunday, December 29, 2024

Spanjol jinżamm arrestat wara li ġie akkużat li kiser ordni ta’ sekwestru

Aqra wkoll

Jose Luis Melchor, Spanjol ta’ 33 sena wieġeb mhux ħati meta tressaq il-Qorti fejn ġie akkużat li kiser ordni ta’ sekwestru meta dan allegatament għadda flus f’isem kumpanija lil wieħed mill-klijenti tagħhom.

L-Ispanjol tressaq il-Qorti wara li nħareġ mandat ta’ arrest Ewropew. Il-prosekuzzjoni qalet li l-akkużat kien jaħdem fit-taqsima tal-finanzi tal-kumpanija msemmija. Fil-Qorti ntqal li meta l-kumpanija saret taf bil-ksur tal-ordni ta’ sekwestru keċċiet lil Melchor mill-ewwel mill-impjieg.

Hu kien beda jibgħat emails lill-kumpanija fejn anke kien jitlob kumpens ta’ €44,000 u hedded bil-pubblikazzjoni t’Informazzjoni sensittiva.

Rapporti fuq il-midja lokali qegħdin jirraportaw li l-klijent li kien irċieva l-flus allegatemtn kien missier l-akkużat stess. Hu kien investa madwar €250,000 fi flus virtwali mal-istess kumpanija, liema ammont jidher li l-kumpanija tilfet kompletament.

Wara li d-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat bil-qawwi minħabba biża’ li seta’ jaħrab mill-pajjiż.

Wara li semgħet liż-żewġ naħat il-Maġistart Nadia Helena Vella ċaħdet it-talba għal ħelsien mill-arrest u ħarget ordni ta’ qbid u ffriżar bis-somma ta’ €2,044,000 fil-konfront tal-imputat.

Ekonomija

Sport