Saturday, December 21, 2024

Sptar f’Alabama jwaqqaf l-IVF wara li l-Qorti qalet li l-embrijuni ffriżati huma kkunsidrati bħala tfal 

Aqra wkoll

Il-Qorti Suprema ta’ Alabama qalet li l-embrijuni ffriżati huma kkunsidrati bħala tfal u li persuna se tkun qegħda tinżamm responsabbli talli qerduhom aċċidentalment. 

Id-deċiżjoni tal-Qorti, wasslet biex l-akbar sptar tal-istat tan-Nofsinhar tal-Istati Uniti waqqaf is-servizzi tal-IVF, minħabba biża’ li jista’ jesponihom għal prosekuzzjoni kriminali.

Is-sistema tas-saħħa tal-Università ta’ Alabama f’Birmingham qalet li se tkompli tirkupra bajd mill-ovarji tan-nisa, iżda qalet li se twaqqaf il-pass li jmiss fil-proċess tal-IVF, fejn fih, il-bajd jiġi fertilizzat bl-isperma qabel ma jiġi impjantat fl-utru.

Esperti mediċi u gruppi ta’ promozzjoni riproduttiva wissew li s-sentenza jista’ jkollha konsegwenzi negattivi għat-trattamenti tal-fertilità fl-Alabama u lil hinn.

Gruppi konservattivi laqgħu s-sentenza, u sostnew li anke l-iċken embrijun ħaqqha protezzjoni legali.

Ekonomija

Sport