Il-plejer ta’ nofs il-grawnd Romeo Lavia prattikament intemmlu l-istaġun 2023/24 wara li weġġa’ l-għaksa fil-logħba mill-kampjonat kontra Crystal Palace. Hu kien diġa’ weġġa’ fl-istess post ftit tax-xhur ilu u b’xorti ħażina hu reġa’ ħass l-istess uġigħ.
Lavia ngħaqad mal-Blues fis-sajf li għadda mingħand Southampton għas-somma ta’ €60 miljun iżda l-istaġun tiegħu kien wieħed ferm żvinturat. Fil-fatt hu lagħab biss 32 minuta fil-logħba kontra l-istess Crystal Palace fi staġun sħiħ u issa jrid jistenna aktar żmien qabel ma jerġa’ jirfes il-ħaxix tal-grawnd.