Tuesday, November 3, 2026
Home Sport Starlites Naxxar jiddefendu t-titlu tal-“John Tabone Amateur Men’s Shield” wara b’rebħa fuq...

Starlites Naxxar jiddefendu t-titlu tal-“John Tabone Amateur Men’s Shield” wara b’rebħa fuq Luxol Neo

0
77

Starlites Naxxar irnexxielhom jiddefendu t-titlu tagħhom tax-“John Tabone Amateur Men’s Shield” wara li għelbu lil Luxol Neo fil-finali li ntlagħbet it-Tnejn filgħaxija fil-Padiljun ta’ Ta’ Qali.

Starlites Naxxar wrew prestazzjoni kollettiva determinata biex jegħleb lill-avversarji tiegħu u jiżgura unur prestiġjuż ieħor fil-basketball Malti.

Starlites waslu sal-finali wara rebħa impressjonanti ta’ 75-64 fuq Athleta AtoZ fis-semifinali, fejn urew id-determinazzjoni tagħhom li jżommu t-trofew.

Min-naħa l-oħra, Luxol Neo kisbu posthom fil-finali wara rebħa konvinċenti ta’ 85-57 kontra Valletta Knights.

Il-finali laqqgħet żewġ timijiet li kienu impressjonaw matul il-kompetizzjoni kollha, biż-żewġ naħat determinati li jtemmu l-parteċipazzjoni tagħhom f’dan it-turnew b’suċċess.

Madankollu, kienu Starlites li ħarġu rebbieħa, u b’hekk żammew it-titlu tagħhom u ċċelebraw kisba importanti oħra.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here