Friday, May 3, 2024

Statistika xokkanti… is-sena li għaddiet aktar minn 5,100 tfal fl-Istati Uniti kienu vittmi ta’ sparaturi

Aqra wkoll

Il-pandemija tal-Covid-19 jidher li żiedet l-inċidenza ta’ sparaturi fuq it-tfal fl-Istati Uniti u dan hekk kif is-sena li għaddiet inħoloq rekord f’dawk li huma sparaturi fuq tfal.

Skont informazzjoni maħruġ mill-Gun Violence Archive, grupp ta’ riċerka, il-problema kibret fl-aħħar xhur fejn qed jingħad li tfal u żgħażagħ fl-Istati Uniti għandhom 15-il darba aktar riskju li jmutu minn sparatura.

L-għaqda qalet li matul is-sena 2020 kien hemm 5,100 tfal taħt it-18-il sena li kienu vittma ta’ sparaturi. 1,300 minn dawn spiċċaw mietu. Minn dawn kien hemm 300 tfal ta’ 11-il sena jew inqas li inqatlu matul is-sena 2020 fl-Istati Uniti. Dan hu żieda ta’ 50 fil-mija fuq l-ammont li kien hemm is-sena ta’ qabel.

Jekk nieħdu is-sena 2014 naraw li tfal u żgħażagħ vittmi ta’ sparaturi ammontaw għal 2,863, fis-sena 2015 ammontaw għal 3,381, fis-sena 2016 telgħu għal 3,818, fis-sena 2017 komplew jiżdiedu għal 3,982 waqt li fis-sena 2018 naqsu għal 3,547.  Fis-sena 2019 reġgħu żdiedu għal 3,817, fis-sena 2020 telgħu gaħl 5,143, waqt li din is-sena sa nofs Settembu kien diħa hemm 4,057.

Sport