Wednesday, April 24, 2024

Stefanos Tsitsipas l-ewwel finalist tal-Australian Open 2023

Aqra wkoll

Stefanos Tsitsipas sar l-ewwel finalist tal-Australian Open ta’ din is-sena meta fis-semi-finali għeleb lil Karen Khachanov 3-1 –  7-6 (7-2) 6-4 6-7 (6-8) 6-3.

Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena – klassifikat fir-raba’ post fir-rankings mondjali  għeleb lill-avversarju Russu tiegħu fi ftit inqas minn tliet sigħat u nofs.

Issa huwa jilgħab fil-finali kontra r-rebbieħ bejn is-Serb  Novak Djokovic u l-Amerikan Tommy Paul.

Din hija l-ewwel finali għal Tsitsipas wara li l-player Grieg kien tilef l-erba’ semi-finali preċedenti tiegħu ta’ dan it-tournament.

Huwa laħaq l-aqwa kisba ta’ Grand Slam fil-karriera tiegħu meta huwa wasal sal-finali tal-French Open fl-2021 iżda tilef kontra Djokovic. 

Għaldaqstant, jekk f’din il-finali jilgħab kontra Djokovic, għandu ċ-ċans għal tpattija sportiva. 

Sport