Thursday, May 16, 2024

Steven Gerrard frustrat bin-nuqqas ta’ kwalità ta’ Aston Villa fl-attakk

Aqra wkoll

Steven Gerrard issuġġerixxa li jinsab frustrat bin-nuqqas ta’ kwalità ta’ Aston Villa fl-attakk wara li ra lit-tim tiegħu item il-partita fi draw ta’ 1-1 kontra Nottingham Forest.

Villa għamel il-vjaġġ lejn il-City Ground wara serje ta’ tliet logħbiet mingħajr telfa, u ġabru ħames punti mil-logħob kontra Manchester City, Southampton u Leeds United.

Madankollu, Gerrard jisnab taħt pressjoni f’Villa Park minħabba għadd ta’ wirjiet mhux daqshekk sodisfaċenti, sitwazzjoni mhux megħjuna billi naqas milli jegħleb lil Leeds li spiċċaw jilagħbu b’10 plejers fil-partita preċedenti tagħhom.

Sport