Wednesday, December 25, 2024

Studju juri kif it-tipjip jista’ jwassal għal ħsara kbira fis-sistema immunitarja tal-bniedem

Aqra wkoll

Studju ġdid juri li t-tipjip jista’ jżid iċ-ċans li wieħed jiżviluppa ħsara kbira fis-sistema immunitarja u li s-sigaretti huma suġġettibbli għal aktar infezzjonijiet u mard.

Il-vizzju tat-tipjip għandu implikazzjonijiet serji fuq is-saħħa, fosthom il-kanċer tal-pulmun, attakk tal-qalb jew puplesija u anke ħsara fl-organi. L-istudju, li ġie ppubblikat f’ġurnal Franċiż, mhux biss jenfasizza fuq l-effetti tat-tipjip fis-sistema immunitarja iżda anke fuq il-fatt li s-sigaretti jistgħu jħallu impatt fil-memorja.

Ir-riċerkaturi wettqu esperimenti fuq 1,000 persuna li kienu b’saħħithom, sabiex jesploraw x’jaffettwa s-sistema immunitarja. Huma skoprew li hemm tlett fatturi li jwasslu sabiex tidgħajjef is-sistema immunitarja; it-tipjip, l-infezzjoni fil-pulmun u l-piż.

Ekonomija

Sport