Tuesday, December 24, 2024

Studju juri li l-Covid-19 tista’ twassal għall-artrite 

Aqra wkoll

L-artrite hija kundizzjoni li tattakka l-ġogi, u tikkawża infjammazzjoni, uġigħ u nefħa. Din tista’ tkun ikkawżata minn numru ta’ fatturi, inkluż il-virus tal-Covid-19. Studju li sar fil-Korea t’Isfel sab li wara li persuna tkun ġiet infettata bil-virus tal-Covid, din tista żżid ir-riskju ta’ diversi kundizzjonijiet tas-saħħa, fosthom l-artrite. 

L-istudju juri li l-infezzjonijiet mill-Covid-19 huma assoċjati ma’ riskju akbar għal mard infjammatorju, magħruf l-aktar bħala AIRDs. Dawn jistgħu wkoll jikkawżaw ħsara f’diversi organi minħabba li s-sistema immunitarja tista taħdem ħażin.

Riċerkaturi mill-Università ta’ Kyung Hee ta’ Seoul, wettqu studju fuq skala kbira, ibbażat fuq il-popolazzjoni tal-Korea u l-Ġppun sabiex ikunu jistgħu jinvestigaw l-effetti li jħalli l-Covid-19. 

Fl-istudju kienu involuti aktar minn 10 miljun Korean u 12-il miljun adult Ġppuniż, inklużi dawk b’Covid-19 bejn Jannar 2020 u Diċembru 2021. Ir-riċerkaturi qabblu l-pazjenti b’infezzjoni tal-influwenza ma’ pazjenti li ma kienux infettati. Il-parteċipanti ġew evalwati fl-ewwel xahar, fis-sitt xahar u  sena wara l-infezzjoni.

L-istudju, li kien ukoll ippubblikat f’ġurnal akkademiku Amerikan, wera li r-riskju ta’ mard infjammatorju wara d-dijanjosi tal-Covid-19 kien pjuttostt kbir. L-istess riċerkaturi nnutaw kif t-tilqim tal-Covid-19 inaqqas ħafna riskji,  ħlief għal dawk li ħakmithom il- Covid-19 minkejja t-tilqim.

Ekonomija

Sport