Friday, December 13, 2024

Studju juri li żewġ dożi tal-Pfizer u tal-AstraZeneca huma effettivi kontra l-varjant Delta

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Studju riċenti li ġie ppubblikat fin-New England Journal of Medicine wera li żewġ dożi tat-tilqima kontra l-Covid-19, kemm dik tal-Pfizer kif ukoll dik tal-AstraZeneca huma effettivi kontra l-varjant Delta, li bħalma diġà huwa magħruf jittieħed ħafna aktar malajr.

L-effettività ta’ żewġ dożi minn dawn it-tilqim hija wkoll kważi fl-istess livell kontra l-varjant Alpha, li qabel kien dak dominanti.

L-istudju sab li żewġ dożi tal-vaċċin ta’ Pfizer kienu 88% effettivi fil-prevenzjoni ta’ mard sintomatiku mill-varjant Delta, meta mqabbel ma’ 93.7% kontra l-varjant Alpha.

Fejn qabel kien qed jiġi rrappurtat li l-vaċċin tal-AstraZeneca kien 60% effettiv, issa nstab li żewġ dożi ta’ dan il-vaċċin kienu 67% effettivi kontra l-varjant Delta u 74.5% effettivi kontra l-varjant Alpha.

Madankollu, l-istudju tenna wkoll li doża waħda mhix biżżejjed biex toffri protezzjoni għolja. Dan hekk kif doża waħda tal-vaċċin tal-Pfizer kienet effettiva 36%, u doża waħda tal-vaċċin ta’ AstraZeneca kienet madwar 30% effettiva.

Ekonomija

Sport