Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, il-player żagħżugħ Malti tal-isquash Julian Scerri ħa sehem fil-European Luxembourg Junior Open 2024 BU17 u rebaħha. Din kienet l-ewwel rebħa tiegħu fit-tournament Ewropew wara sentejn jipprova nirbaħ titlu. Din ir-rebħa se tgħinu jidħol fl-ewwel 15 tar-Rankings Ewropej, peressli bħalissa jinsab irrenkjat fin-numru 16 fil-klassifika.
F’kummenti ma’ dan is-sit, Julain qaIli: “Il-Luxembourg Junior Open kienet esperjenza kbira fejn ksibt l-ewwel post minn 16-il plejer minn tmien nazzjonijiet differenti. Dan kien l-ewwel titlu Ewropew tiegħi minn meta bdejt nilgħab avvenimenti Ewropej f’Jannar 2020. Preċedentement kont tlift żewġ finali Ewropej, fil-Portugall u fis-Slovakkja fl-2022, għalhekk kont kuntent li ħallejt warajja ir-riżultati preċedenti, għelibt l-istorbju u l-pressjoni li nkun ranked numru 1, u nilgħab bl-aħjar kalibru tiegħi biex nirbaħ it-tournament b’mod konvinċenti, u tlift logħba biss fil-finali.”
“Matul il-kampjonat, kont kontinwament sfidat minn plejers differenti minn madwar l-Ewropa kollha, kollha bi stili ta’ logħob differenti li kelli bżonn naddatta għalihom. Kienet esperjenzakbira għalija li se tgħinni nkompli nitjieb u nikseb aktar riżultai pożittivi f’tournaments futuri.”