Il-mexxejja dinjija fis-summit tal-Ukrajna għall-paċi fl-Isvizzera qed jesploraw modi kif jiżguraw is-sigurtà tas-siti nukleari u tal-esportazzjonijiet tal-ikel fl-Ukrajna.
Aktar minn 90 pajjiż u organizzazzjoni internazzjonali qed jattendu għas-summit, bil-għan li jinħoloq l-aktar appoġġ wiesa’ possibbli għal proċess li jista’ jgħin biex tintemm il-gwerra fl-Ukrajna.
Huwa mifhum li r-Russja ma kinitx mistiedna u li lanqas iċ-Ċina mhi preżenti. Dan wassal biex xi wħud qegħdin jitfgħu dubju dwar kemm hi vera effettiva din is-summit.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Arabja Sawdija tagħha wissa li l-Ukrajna se jkollha tagħmel kompromessi diffiċli. Huwa mifhum li qed jiġu diskussi wkoll kwistjonijiet umanitarji bħar-ritorn ta’ priġunieri u tfal maħtufa.
L-organizzaturi ta’ dan is-summit qed jittamaw li jħabbru t-tieni konferenza, possibilment fl-Arabja Sawdija, biex jibnu fuq dak li ddiskutew flimkien id-diversi pajjiżi li kien hemm preżenti.
Il-Prim Ministru tal-Olanda, Mark Rutte qal li dawk li attendew kollha kellhom għan wieħed, li jfittxu għall-paċi fl-Ukrajna. Rutte qal; “Minkejja li xi wħud minna għandna opinjonijiet differenti dwar kif se naslu għall-paċi fl-Ukrajna, aħna se ningħaqdu f’viżjoni kondiviża dwar il-prinċipji, il-valuri, id-diċenza”.
Il-President Ukren Volodymyr Zelensky qal li s-summit Żvizzeru se jiġu kkomunikati lil Moska, biex fit-tieni summit għall-paċi jkunu jistgħu jittranġaw u jaslu għat-tmiem reali tal-gwerra.
Ir-Russja ddeskriviet l-avveniment Żvizzeru bħala ħela ta’ ħin, tant li nhar il-Ġimgħa, il-President Vladimir Putin qal li jaqbel ma’ waqfien mill-ġlied jekk l-Ukrajna tirtira t-truppi minn erba’ reġjuni li r-Russja tokkupa parzjalment.