Tuesday, May 14, 2024

Super League: Tkompli l-mixja pożittiva ta’ Swieqi Phoenix Nium

Birkirkara jdawru telfa f’rebħa kontra Paola Executive Security

Aqra wkoll

Meta fi tmiem il-ġimgħa fil-kumpless sportiv tal-Kottonera tkompla l-kampjonat Super League organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball, kompliet il-mixja pożittiva taċ-champions Swieqi Phoenix Nium. Madankollu dawn kellhom jitħabtu mhux ftit biex jegħlbu lil Flyers bl-iskor ta’ 3-2. Dan ifisser li sal-lum Swieqi rnexxilhom jirbħu l-ħames partiti li lagħbu sa issa f’dan il-kampjonat.

F’partita oħra mill-istess kampjonat u min naħħa ta’ isfel tal-klassifika, Birkirkara rnexxilhom idawru telfa f’rebħa kontra t-team neo promoss ta’ Paola Executive Security 3-2. It-team Karkariż kien żewġ sets minn taħt u din il-logħba ħadet madwar sagħtejn u nofs biex tiġi deċiża.

U19
Swieqi Tough Cookies vs Paola Maypole 3-0

U17
BKVC Storms vs Flyers 3-2
BKVC Lightnings vs BKVC Thunder Spikes 0-3
Paola Maypole vs Depiro 0-3
Swieqi Phoenix Block N Roll vs Swieqi Phoenix Challengers 3-0

Super League
Paola Executive Security vs Birkirkara VC 2-3
Swieqi Phoenix NIUM vs Flyers 3-2

Sport