Wednesday, July 24, 2024

Lois Openda segwit minn Manchester United

Aqra wkoll

Hekk kif Manchester United xejn m’huma sejrin tajjeb matul dan l-istaġun speċjalment wara t-telfa diżappuntanti ta’ 3-0 kontra Bournemouth ta’ tmiem din il-ġimgħa, hi ċara li t-tim għandu problema fl-attakk.

Huwa għalhekk li r-Red Devils se jiċċaqalqu sabiex imorru għal xi attakkant li jista’ jiskorjalhom aktar gowls u l-għażla waqgħet fuq Lois Openda, skorer prolifiku ta’ RB Leipzig. Dan tal-aħħar għandu 23 sena u hu ta’ nazzjonalita’ Belġjana u matul dan l-istaġun diġa’ skorja 10 gowls f’14-il dehra mat-tim Ġermaniż.

Il-kowċ ta’ Manchester United Erik Ten Hag jixtiequ llum qabel għada għalkemm hemm xi diskussjonijiet li għaddejjin bejn iż-żewġ klabbs.

Ekonomija

Sport