Saturday, December 21, 2024

Surfer ta’ 60 sena jinqatel minn kelb il-baħar ta’ tliet metri fl-Awstralja

Aqra wkoll

Surfer ta’ 60 sena miet wara li ġie attakkat minn kelb il-baħar ta’ tliet metri. L-inċident seħħ aktar kmieni llum ’il barra mill-kosta ta’ New South Wales, fl-Awstralja.

Diversi persuni pprovaw jagħtu l-ewwel għajnuna lir-raġel, u daħħluh f’Salt Beach.

Huwa ngħata kura medika fuq il-post minħabba l-ġrieħi serji li ġarrab f’siequ x-xellugija, madankollu huwa kien rapportat li miet fuq il-post.

Bajjiet fil-viċinanzi ngħalqu għall-għawwiema u surfers għall-24 siegħa li ġejjin.

Dan huwa mill-inqas it-tielet inċident fatali fl-Awsralja li jinvolvi attakk ta’ kelb il-baħar.

F’Jannar bugħaddas inqatel ’il barra mill-kosta ta’ Esperacnce, filwaqt li f’April kelb il-baħar attakka fatalment lil ħaddiem ambjentali ta’ 23 sena li kien qed janalizza l-Great Barrier Reef.

Ekonomija

Sport