Wednesday, July 29, 2026
Home Sport Swieqi United jakkwistaw is-servizzi ta’ Vito Plut

Swieqi United jakkwistaw is-servizzi ta’ Vito Plut

0
30

Swieqi United FC akkwistaw is-servizzi tal-attakkant Sloven ta’ 37 sena, Vito Plut.

Plut lagħab ma’ NK Kolpa, FC Koper, NK Maribor u ND Gorica f’pajjiżu, is-Slovenja, qabel mar jilgħab il-Belġju fejn lagħab ma’ Waasland Beveren. Imbagħad qatta’ sena ma’ 1.FC Saarbrucken fil-Ġermanja qabel ġie jilgħab Malta biex jingħaqad ma’ Floriana fis-sajf tal-2014.

Fl-istaġun ta’ wara, Birkirkara rnexxielhom jassiguraw is-servizzi tiegħu, fejn qatta’ sentejn magħhom. Fl-2017, ingħaqad ma’ FSV Frankfurt fil-Ġermanja iżda fis-sajf tal-2020, Plut reġa’ lura Malta biex jingħaqad ma’ Tarxien Rainbows. Fl-istaġun ta’ wara, lagħab ma’ Santa Lucia, qabel ingħaqad ma’ Gudja United.

F’Awwissu tal-2023 ingħaqad ma’ Sliema Wanderers fejn qatta’ tliet staġuni.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here