Santa Venera Lightnings FC iffirmaw lil Llywelyn Cremona.
Llywelyn, eks player fil-Malta Premier League, fejn matul il-karriera tiegħu, fost oħrajn lagħab ma’ Valletta FC, Birkirkara FC, u Gudja United FC.
Fi stqarrija, Santa Venera, estendew ir-ringrazzjament tagħhom lit-Team Manager Kurt James, li x-xogħol iebes u d-dedikazzjoni tiegħu kienu strumentali biex Llywelyn jingħaqad magħhom.
Huma komplew li x-xogħol tagħhom ma jieqafx hawn, hekk kif jibqgħu impenjati li jsaħħu l-iskwadra, b’aktar akkwisti importanti li se jitħabbru fil-jiem li ġejjin.




